Il-piż jerġa’ jinqasam bejn tlieta!

Wara jum wieqaf, il-vapur Gaudos tal-Gozo Channel reġa’ lura fis-servizz, u b’hekk illum is-servizz ta’ trasport bil-baħar bejn Malta u Għawdex qed jerġa’ jingħata bi flotta sħiħ.a
Dan ġie kkonfermat ma' Newsbook.com.mt miċ-Ċermen tal-Gozo Channel Joe Cordina. Hu mifhum li l-Gaudos beda jaħdem għall-ħabta tal-5 ta' dalgħodu.
Ilbieraħ il-vapur Gaudos waqaf jaħdem għall-ħabta tal-10.30am minħabba ħsara fir-rampa. It-tiswijiet saru lbieraħ f’Għawdex minn kumpanija privata.
B’hekk illum il-piż tal-karozzi u l-passiġġieri qed jinqasam bejn tliet vapuri mll-ġdid.
Ritratt: Arkivji