Il-piż jaqa’ fuq żewġ vapuri

Bejn għada u l-Ħamis il-vapur M.V. Ta’ Pinu tal-Gozo Channel mhux se jkun qed jopera.
Il-kumpanija Gozo Channel qalet li dan għaliex il-vapur se jidħol għat-tiswija.
Il-vjaġġi ta’ filgħodu tal-Erbgħa u l-Ħamis se jsiru kull nofs siegħa, jiġifieri fil-5am, 5:30am, 6am , 6:30am, 7am, 7:30am mill-port tal-Imġarr u fil-5:30am, 6:00am, 6:30am, 7am, 7:30am miċ-Ċirkewwa.
L-iskeda mhux suppost li tiġi affetwata u jekk ikun hemm żieda fid-domanda, is-servizz jaqleb għal shuttle service intqal mill-Gozo Channel.
Ritratti: Arkivji