​Il-pixxina tal-Belt se tkun imsaħħna

Il-pixxina tal-waterpolo tal-Belt Valletta se tkun qed tingħata l-ħajja mill-ġdid permezz ta’ investiment ta’ madwar €2.5 miljun.
Fi stqarrija, is-Segretarjat Parlamentari għall-Isport ħabbar li SportMalta se tgħaddi l-art tal-pixxina lil Valletta United Waterpolo Club b’ċens ta’ 49 sena.
L-investiment, fost oħrajn, se jkun jinkludi pixxina ġdida tal-ilma ħelu li se tkun imsaħħna, ristorant, u faċilitajiet ta’ dressing rooms.
Is-Segretarju Parlamentari għall-Isport Clifton Grima qal li dan it-trasferiment juri li l-gvern qed ikompli jwettaq il-wegħdiet elettorali tiegħu.
Ritratt: DOI – Clodagh Farrugia O'Neill