Il-pipeline tal-gass Malta-Italja se jkun jaħdem sal-2024

Il-Gvern ħabbar li l-pipeline tal-gass bejn Malta u l-Italja se jkun jiffunzjona sal-2024.
F’konferenza tal-aħbarijiet, il-Ministru għall-Enerġija Joe Mizzi dalgħodu ħabbar li ġew sottomessi żewġ applikazzjonijiet mal-awtoritajiet Maltin u Taljani, biex f’perjodu ta’ tliet snin joħorġu t-tenders għall-bini tal-pipeline tal-gass bejn Malta u l-Italja, b’tul ta’ 159 kilometru.
Il-proġett mistenni jiswa €322 miljun.
Il-pipeline se jkun qed jieħu post it-tanker tal-gass f'Delimara u se jkun jista' jissupplixxi 2 biljun metru kubu ta' gass naturali kull sena. 
Joe Mizzi qal li dan huwa pass importanti għal proġett ambizzjuż. Żied jgħid li l-Gvern se jkun qed jikkummissjona wkoll studji dwar l-impatt ambjentali, li se jiswew mat-€8 miljun u se jiġu ffinanzjati mill-Unjoni Ewropea. Dawn l-istudji jibdew f'nofs is-sena d-dieħla. 
Temm jgħid li din l-infrastruttura għandha sservi 40 sena.