Il-pipeline tal-gass jidħol fil-Proġetti ta’ Interess Komuni tal-UE

Il-pipeline ta’ Malta għall-gass tniżżel b’suċċess fil-lista ta’ Proġetti ta’ Interess Komuni tal-UE.
Il-Gvern ħabbar dan hekk kif saħaq li l-proġett Malti kellu kompetizzjoni iebsa minn proġetti oħra sottomessi minn pajjiżi differenti.
Spjega li din il-lista tinkludi dawk il-proġetti meqjusa importanti fis-settur tal-enerġija u li jgħinu lill-pajjiżi membri jintegraw is-swieq tal-enerġija, jiddiversifikaw is-sorsi tagħhom u jservu ta’ soluzzjoni biex jintemm l-iżolament ta’ ċertu pajjiżi fil-qasam tal-enerġija.
Il-Gvern spjega wkoll li l-proġetti f’din il-lista jistgħu jgawdu minn proċeduri iktar mgħaġġla għall-permessi u anke għajnuna finanzjarja mill-UE, li sal-2020 għandha iktar minn €5 biljun għal dan il-għan.