Il-pipa tan-nannu Ċens

Mixta Drama mil-lum se tkun qed tippreżenta serje ġddia ta’ ħames puntati bl-isem ta’ Ġrajjiet in-Nannu Ċens bbażata fuq l-istejjer ta’ Trevor Żahra u addattati għat-televiżjoni minn Dominic Said.

Din se tkun qed tixxandar fuq l-istazzjon One fil-ħin tas-7pm b’ripetizzjoni l-għada fil-ħin ta’ nofsinhar.

L-ewwel puntata ġġib l-isem ta’ Il-pipa tan-nannu.

Wieħed mil-passatempi tan-nannu Ċens kien li jpejjep u jdaħħan il-pipa. Iżda tista’ tgħid li hu biss kien iħobbha dik ir riħa qawwija tagħha, għax Marisa, Irene u Toni, it-tfal tat-titfel tiegħu ma kienux jistgħu għaliha.

Ta’ tfal li huma, dejjem b’xi praspura ġdida, ħasbu fi pjan biex dik il-pipa tisparixxi darba għal dejjem. Jirnexxielhom?

Jew anka in Nannu Ċens għandu pjan għax xamm xi ħaġa?

It-tieni puntata tixxandar għada t-Tlieta fl-istess ħin.