Il-piloti tal-Lufthansa jkomplu bl-istrajk u t-titjiriet ikkanċellati

Il-piloti Ġermaniżi li jaħdmu mal-kumpanija tal-ajru tal-Lufthansa komplew bit-tieni ġurnata ta’ strajk.
Filfatt, matul il-ġurnata tal-bieraħ ġew ikkanċellati mijiet ta’ titjiriet u 84 titjira ġew ikkanċellati llum stess.
L-istrajk industrijali mistenni jkompli matul il-jum tal-Ġimgħa u b’hekk aktar titjiriet mistennija jkunu kkanċellati.
Il-piloti qed jagħmlu dan l-istrajk wara li l-kumpanija tal-ajru tal-Lufthansa qed tipprova tnaqqas l-ispejjeż b’mod drastiku sabiex tkun tista’ tikkompeti ma’ kumpaniji tal-ajru oħra.
Bħall-Lufthansa, il-ħaddiema tal-Air France-KLM u tan-Norwegian Air Shuttle wkoll għaddew minn strajk meta ppruvaw inaqqsu l-ispejjeż tagħhom.