Il-pilloli tal-pressjoni mhumiex out of stock – Ministeru

Id-Dipartiment tal-Ispiżerija għall-Għażla Tiegħek (POYC) avża li l-pilloli tal-pressjoni Perindopril mhumiex out of stock.

Dan ingħad fi stqarrija maħruġa mill-Ministeru għas-Saħħa, wara li deher rapport fuq is-sit elettroniku Net News li indika li dawn mhumiex disponibbli.

 L-istqarrija tgħid li dawk kollha intitolati għalihom jistgħu jeħduhom mill-ispiżerija tal-għażla tagħhom.