​Il-pilloli tal-pressjoni jerġgħu in-stock

Wara xahar out of stock, dawk li jieħdu l-pilloli Atenolol jistgħu jerġgħu jibdew jiġbruhom mill-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek fil-lokalitajiet rispettivi tagħhom.
Il-Ministeru tas-Saħħa kkonferma ma’ Newsbook.com.mt li l-Atenolol tal-100mg huma in stock u qegħdin jiġu mqassma fil-POYC.  Dawn il-pilloli jinġabru minn 13,000 pazjent minn 212-il spiżerija.
Koppja li tgħix bil-pensjoni tar-raġel biss, qalet ma’ Newsbook.com.mt li kienu ilhom xahar mingħajr dawn il-pilloli, li ilhom jiġbruhom mill-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek għal dawn l-aħħar snin. Qalu li minflokhom ma kienu jingħataw xejn u kien qed ikollhom jixtruhom huma mingħand l-ispiżjar.