“Il-Pilastri Soċjali proposti kapaċi jegħlbu l-effetti negattivi fuq il-poplu?” – Alfred Sant

L-Ewroparlamentari Alfred Sant qal li l-Pilastri Soċjali proposti mill-Kummissjoni Ewropea (KE) għandhom ikunu pilastri b’saħħithom biżżejjed li jegħlbu l-effett negattiv tal-politika tal-awsterità li tħaddnet mill-Unjoni Ewropea sabiex tiġġieled il-kriżi ekonomika tal-2008.
Sant kien qed jitkellem wara li lbiraħtlula l-KE ppreżentat dawn l-hekk imsejħa pilastri.
Il-Pilastri Soċjali jduru madwar għoxrin prinċipju maqsumin fi tliet temi ewlenin; opportunitajiet indaqs għal kulħadd u aċċess għas-suq tax-xogħol, kundizzjonijiet ġusti tax-xogħol, u protezzjoni soċjali u inklużjoni.
Sant kompla jgħid li dawn il-pilastri għandhom ikollhom fil-qalba tagħhom id-diffikultajiet soċjali li nħolqu bil-politika li addottat l-UE bix toħroġ mill-kriżi finanzjarja tal-2008, liema politika nsiet għalkollox il-prezz uman u soċjali.
Filwaqt li rrimarka li l-aspettattivi m’għandhomx ikunu kbar iżżejjed, Sant qal li r-riżorsi għandhom jintużaw biex jintlaħqu l-miri fi ħdan prijoritajiet miftehma minn qabel.
Finalment, l-Ewroparlamentari qal li l-għodda tad-divalwazzjoni interna fiż-żona ewro affettwat ħażin lill-għaqda soċjali u ħolqot tbatija li diffiċli tirkupra minnha. Din kienet ukoll ir-raġuni għall-ispinta li ħadu ideoloġiji esyremisti fl-Ewropa.
Ara hawnhekk il-Pilastri Soċjali u l-għorin prinċipju.