“Il-pika bejn kandidati tal-PN ixxekkel is-soluzzjoni ta’ parkeġġ fil-Mosta” – Alex Muscat

Il-Kunsillier Mosti tal-Partit Laburista Alex Muscat qal li l-pika li hemm bejn il-kandidati Nazzjonalisti qed ittellef is-soluzzjoni ta’ parkeġġ fil-Mosta.
F’konferenza tal-aħbarijiet, Alex Muscat qal li s-Sindku Ivan Bartolo għamel u-turn u mar kontra s-Sindku preċedenti Edwin Vassallo, li irriżenja minn Sindku meta ġie elett fil-Parlament f’Novembru li għadda.
Spjega li Ivan Bartolo għamel mozzjoni biex jitwaqqaf il-proġett ta’ underground parking fiċ-ċentru tal-Mosta.
Żied jgħid li l-Kunsilliera Laburisti fil-Mosta huma favur dan il-proġett għax se jsolvi problemi li ilhom jiddominaw għal ħafna.
Temm jgħid li d-diżgwid intern fi ħdan il-Kunsilliera Nazzjonalisti, huwa negattiv  u jmur kontra kull proġett li jissuġerixxi l-Gvern għall-ġid tal-poplu.
"Il-PN favur parkeġġ imma mhux li jmiss mar-Rotunda" – PN
Intant f'reazzjoni l-PN qal li huwa favur underground carpark imma mhux li jmiss mar-Rotunda.
Fi stqarrija, il-PN qal li dak li qal Alex Muscat huwa gidba u li ma qalx li hu sħabu bbojkottjaw il-laqgħali matulha ttieħed il-vot dwar il-mozzjoni tal-parkeġġ.
Temm jgħid li minħabba r-riskji li hemm għar-Rotunda, qiegħed jinsisti li jiġu ddentifikati siti oħra fil-lokalità għall-parkeġġ.