Il-Phoenicia tirbaħ il-premju ta’ TripAdvisor Travelers’ Choice għal-lukandi

Il-lukanda ta’ ħames stilel Phoenicia, għandha l-unur li ġiet klassifikata mal-iktar propjetajiet li jiddistingwu ruħhom fid-dinja. Dan minbarra li kienet diterminata mal-aqwa għaxar propjetajiet f’Malta f’kategoriji differenti
Klijenti li użaw il-lukanda Phoenicia u s-servizzi li toffri, irrimarkaw is-servizzi eċċezzjonali tagħha, il-veduta li għandha u l-kwalità tal-ikel u s-servizz bħala dawk il-fatturi li servew biex il-mawra tagħhom kienet waħda maġika. Għal-lokalizzazzjoni tal-lukanda, il-Phoenicia kisbet fuq TripAdvisor ħames punti minn ħamsa.
Charles Azzopardi, General Manager tal-lukanda qal li dan hu mod stupend kif wieħed jiftaħ sena ġdida 2015 wara s-suċċess li l-lukanda kellha fl-istaġun tal-Milied fi tmiem is-sena 2014.
Artikli kummerċjali għandhom jintbagħtu fuq karl@newsbook.com.mt.