Il-pets tal-Presidenti Amerikani fil-White House

Il-presidenza ta’  Joe Biden fl-Istati Uniti se tfisser ir-ritorn ta’ tradizzjoni ta’ annimali domestiċi fil-White House miżmuma bħala pets. Donald Trump kien l-ewwel president tal-Istati Uniti f’iktar minn 100 sena li ma kellux pet.

Biden għandu jġib miegħu ż-żewġ German Shepherds tiegħu – Champ u Major – wara l-inawgurazzjoni f’Jannar. Il-klieb għandhom bosta partitarji fuq il-midja soċjali waqt li paġna ta’ Twitter f’isimhom għandha għexieren ta’  eluf ta’ segwaċi.

Champ u Major

Biden kiseb lil Champ bħala ġeru wara li kien elett viċi-president fl-2008. Martu Jill wegħditu l-pet ta’ wara l-elezzjoni, u poġġiet stampi ta’ klieb differenti fuq l-ajruplan tal-kampanja elettorali tiegħu.

L-isem tal-kelb  magħżul min-neputijiet ta’ Biden għandu sinifikat sentimentali. Fid-diskorsi tal-kampanja għall-elezzjoni tal-2008 huwa fakkar kif missieru kien jgħidlu: “Kull darba li titwaqqa’, champ, qum!”

Major ġie addottat fl-2018 mid-Delaware Humane Association.

View this post on Instagram

Build Bark Better. Happy #NationalDogDay

A post shared by Dr. Jill Biden (@drbiden) on

Bo u Sunny

Bo u Sunny. RItratt: Lawrence Jackson / White House

Il-Portuguese Water Dogs Bo u Sunny kienu residenti fil-White House matul il-presidenza ta’ Barack Obama. Bo kien ngħata rigal lit-tfal ta’ Obama mis-Senatur Ted Kennedy fl-2009 filwaqt li Sunny ġiet f’Awwissu 2013.

“Kulħadd irid jarahom u jieħu ritratti,” qalet Michelle Obama waqt il-presidenza ta’  żewġha. “Fil-bidu tax-xahar nirċievi memo b’talba għall-iskedi tagħhom u jien ikolli  napprova d-dehriet tagħhom.”

Buddy u Socks

Bill Clinton kellu Labrador jismu Buddy matul iż-żmien tiegħu bħala president kif ukoll qattus jismu Socks. Il-par spiss kienu jiġġieldu ta’ spiss u n-New York Times kienet sejħitilhom li kienu għedewwa ta’ xulxin. Clinton kien qal lill-ġurnalisti fl-2000 li Buddy kultant kien jorqod ħdejh meta martu kienet tkun barra l-pajjiż.

“Huwa l-veru ħabib tiegħi,” kien qal.

Buddy u Socks

Hillary Clinton saħansitra kitbet ktieb dwar iż-żewġ annimali msejjaħ Dear Socks, Dear Buddy, li jinkludi ittri mit-tfal u dettalji dwar ir-rivalità u d-drawwiet tagħhom.

Miss Beazley u Barney

Ritratt: George W. Bush Presidential Library

Fost l-annimali domestiċi tiegħu, George W Bush kellu żewġ Terriers Skoċċiżi msejħa Miss Beazley u Barney waqt li kien president. Il-klieb jidhru f’vidjows maħruġa mill-White House bħal “A Very Beazley Christmas” u “Barney Cam”.

Bush iddeskriva lil Miss Beazley bħala “sors ta’  ferħ”, u qal li hu u Barney qasmu l-imħabba li jkunu fil-kampanja.

Yuki

Il-kelb favorit tal-President Lyndon B Johnson kien taħlita ta’ terrier bl-isem ta’ Yuki. It-tifla tiegħu, Luci, sabet lil Yuki fi stazzjon tal-petrol f’Texas fl-1966, skont il-websajt tal-Pet Museum tal-White House, li tiġbor informazzjoni dwar l-annimali domestiċi tal-White House.

Yuki. Il-President Lydon. Ritratt: President Pet Museum

Luci tat il-kelb lili Johnson bħala rigal f’għeluq sninu. Yuki u Johnson kienu jattendu l- laqgħat tal-kabinett u wkoll jgħumu flimkien.

Fala

Fala. Ritratt: Presidential library & Museum

Fost l-iktar klieb famużi tal-White House hemm l-iScottish Terrier Fala ta’  Franklin D Roosevelt. Fala ngħata lil Roosevelt mill-kuġin tiegħu fl-1940 u l-president semmieh Murray the Outlaw of Falahill, għal antenat Skoċċiż.

Skont il-Pet Museum tal-White House Fala kien ikollu għadma tistennieh fuq it-trej tal-kolazzjon tal-president kull filgħodu, u anke kellu segretarju biex iwieġeb il-posta tiegħu.

Saru anki films dwar Fala u l-kelb huwa anke mfakkar fi statwa ħdejn il-Memorial Franklin Delano Roosevelt f’Washington DC.

Macaroni

Caroline Kennedy bil-poni Macaroni. Ritratt: JFK Library

M’humiex biss qtates u klieb li kellhom posthom fil-White House. Kien hemm ukoll għasafar, hamsters u anke ponijiet. Macaroni kien poni li ngħata b’rigal lil Caroline, it-tifla ta’  John F Kennedy minn Lyndon B Johnson.

Il-poni kien ġeneralment jinsab f’Virginia imma kien ikun spiss fil-White House fejn kien jidher jippassiġġa madwar il-post.

Jingħad li meta Jackie Kennedy kienet qed iddawwar lill-imperatriċi tal-Iran madwar il-White House, Macaroni resaq lejn ir-Reġina Farah biex jipprova jiekol il-fjuri li kienet qed iġġorr.

Bħall-annimali domestiċi presidenzjali oħra, Macaroni sar famuż, jirċievi l-Posta tal-fans u anke deher fuq il-qoxra tal-magażin Life.