Il-PES jgħid li l-PN qed itappan ir-reputazzjoni ta’ Malta barra l-pajjiż

Il-Partit Soċjalista Ewropew innota b’dispjaċir dak li sejjaħ bħala kampanja negattiva tal-Partit Nazzjonalista.
Il-PES qal li l-Partit Nazzjonalista qed jagħmel insinwazzjonijiet foloz u pprova jieħu vantaġġ politiku billi mmanipula l-fatti meta attribwixxa lill-Gvern il-każ fil-Qorti bejn l-eks-Kummissarju tal-Pulizija u l-Membru Parlamentari Jason Azzopardi, meta filfatt il-każ huwa bejn ċittadin privat u membru parlamentari.
Il-Partit Soċjalista Ewropew irrimarka wkoll li l-Partit Nazzjonalista qed jamplifika l-kampanja negattiva tiegħu mal-alleati tiegħu fil-Parlament Ewropew u qed jirriskja li jtappan ir-reputazzjoni ta’ Malta barra l-pajjiż.