Il-persuni vulnerabbli jistgħu jmorru jgħumu dan is-sajf?

Dr Tanya Melillo, Konsulent tas-Saħħa Pubblika tenniet li l-parir bħalissa huwa li l-anzjani u l-persuni vulnerabbli ma joħorġux u għaldaqstant “żgur li m’għandhomx imorru f’xi bajja li jkun hemm ħafna nies”.  Fissret li aktar ma jidħol is-sajf, is-sitwazzjoni tista’ tiġi riveduta.

Hi kompliet tispjega li l-Pulizija diġà qed jieħdu passi billi jżuru x-xtajtiet u jħarrku lill-persuni li jkunu fi grupp ta’ aktar minn erbgħa.

Dr Melillo fakkret li jekk persuni vulnerabbli joħorġu passiġġata filgħaxija, importanti li jmorru waħedhom u mhux f’postijiet iffrekwentati minn nies.

X’għandek tagħmel meta tmur il-baħar?

  • Poġġi bilqiegħda żewġ metri ‘l bogħod minn ħaddieħor
  • Meta tinżel tgħum oqgħod ‘il bogħod minn nies oħra

Dr Melillo saħqet li dan is-sajf se jkun differenti minn sjuf oħra, “ninsew bajjiet kulħadd fuq xulxin u kulħadd imiss ma’ xulxin”.

Rappurtaġġ Addizzjonali: Liz Cutajar

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn