Il-persuni jirreġistraw għax-xogħol jonqsu b’1,020 f’Settembru

Matul ix-xahar ta’ Settembru kien hemm 6,599 persuna jirreġistraw għax-xogħol.
Dan ifisser tnaqqis ta’ 1,020 persuna meta mqabbel mal-istess xahar tas-sena li għaddiet.
Skont l-informazzjoni tal-ETC, jirriżulta li kien hemm tnaqqis fin-numru tal-persuni jirreġistraw fost l-etajiet kollha.
L-ikbar tnaqqis ġie rreġistrat fost dawk li għandhom bejn 30 u 44 sena.
Mill-istatistika tal-NSO, matul ix-xahar ta’ Settembru, kien hemm żieda ta’ 37 persuna fost dawk li ilhom aktar minn sena jirreġistraw għax-xogħol.
Mill-banda l-oħra, kien hemm tnaqqis ta’ 626 persuna fost dawk li ilhom jirreġistraw għal inqas minn 21 ġimgħa.
Kien hemm tnaqqis ukoll ta’ 65 persuna fost il-persuni b’diżabilità li qed jirreġistraw għax-xogħol, li jammontaw għal 453.
L-istatistika turi wkoll li r-rata tal-qgħad sa’ Mejju kienet tammonta għal 4.2%.