Lawrence Connell irreżenja mill-pożizzjoni tiegħu b’effett immedjat mill-lum,bħala persuna kompetenti biex jisorvelja l-assi ta’ Pilatus Bank wara l-arrest taċ-chairman tiegħu. Connell kien inħatar mill-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta.
Minfloku ġie maħtur bħala persuna kompetenti l-awditur Robert Ancilleri.
Connell kien inħatar bħala persuna kompetenti fit-22 ta’ Marzu 2018, wara li l-bank Pilatus kien ġie pprojbit li jittratta mal-assi tal-klijenti tiegħu minħabba l-arrest fl-Istati Uniti taċ-chairman u s-sid tal-bank Ali Sadr Hasheminejad. Ali Sadr huwa ċittadin Iranjan li kien akkużat li kiser is-sanzjonijiet tal-Istati Uniti kontra l-Iran.
L-MFSA saħqet li d-deċiżjoni tal-2018 se tibqa’ fis-seħħ.