Il-permess għall-iżvilupp ta’ pompa tal-petrol fil-Magħtab pospost mill-MEPA

Il-MEPA pposponiet il-permess għall-iżvilupp ta’ pompa tal-petrol fil-Magħtab, wara li l-Perit Carmel Caccopardo, li kien qed jirrappreżenta lil dawk li qed joġġezzjonaw il-proġett, akkuża pubblikament lid-Direttorat tal-Ippjanar li eskluda mir-rapport tiegħu, b’mod intenzjonat, kull referenza ta’ ippjanar li tiffavorixxi l-iżvilupp propost.
Ic-Chairman tal-MEPA, il-Perit Vincent Cassar, qal lill-Perit Carmelo Caccopardo biex jirtira l-allegazzjoni jew joħroġ mil-laqgħa pubblika.
Caccopardo filwaqt li rrifjuta li jirtira l-allegazzjonijiet, insista li jibqa’ fil-laqgħa pubblika.
Min-naħa tiegħu Cassar tenna lil Caccopardo biex jirtira l-allegazzjonijiet tiegħu jew ikun hu li joħroġ mil-laqgħa pubblika.