Il-permess għall-pompa tal-petrol fil-Magħtab lura quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar

Permess biex tinbena pompa tal-petrol fil-Magħtab ġie rrifjutat mit-tribunal u bagħat dan il-każ lura quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar wara appell mir-residenti.

Il-pompa tal-petrol fuq art ODZ kienet ġiet approvata mill-Awtorità tal-Ippjanar f’Jannar tas-sena li għaddiet, u dan qajjem kontroversja li wasslet lill-Gvern biex jordna li ssir reviżjoni tal-policy tal-ippjanar, li għadha għaddejja.

Approvata pompa tal-petrol kontroversjali fil-Magħtab

Din il-policy kienet ir-raġuni wara l-assedju simboliku li kellu l-Moviment Graffitti quddiem il-bini tal-Awtorità tal-Ippjanar il-ġimgħa li għaddiet, meta kkampja hemm għal numru ta’ ġranet għax ħass li l-policy kellha tinħareġ mill-aktar fis u mhux tibqa’ tiddewwem.

It-Tribunal tal-Ambjent u l-Ippjanar (EPRT) annulla d-deċiżjoni tal-Awtorità minħabba li r-residenti ma kellhomx aċċess għall-informazzjoni provduta lill-iżviluppaturi qabel ma ssemma l-proġett.

Għalhekk, il-proġett issa reġa’ quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar sabiex din tieħu d-deċiżjoni mill-ġdid. Dawk li oġġezzjonaw kienu l-Perit Carmel Cacopardo u l-Avukatessa Tanya Sciberras Camilleri.

Il-pjanijiet għal dan il-proġett li jkopri 3,500 metru kienu li din il-pompa jkollha l-faċilità li wieħed jiċċarġja l-karozza elettrika fiha, fejn wieħed jaħsel il-karozza, ħanut, garaxx għall-mekkanik, u anke spazju ta’ parkeġġ.

Aqra iktar:

Miċħuda inibizzjoni tar-residenti kontra pompa tal-petrol fil-Magħtab

Il-permess għall-iżvilupp ta’ pompa tal-petrol fil-Magħtab pospost mill-MEPA

Il-MEPA ma tagħtix permess għal pompa tal-petrol fil-Magħtab