Il-periti ppremjati għal diżinni ta’ kwalità

Tnediet it-tieni edizzjoni tal-Malta Architect Awards sabiex jiġu rrikonoxxuti dawk il-periti lokali li jkunu fasslu disinni ta’ kwalità għolja.
Permezz ta’ iMNG Ltd u bl-appoġġ tal-Awtorità tal-Ippjanar, l-awards qed jiġu organizzati bl-iskop li jqajmu kuxjenza pubblika dwar il-valur tal-arkitettura, u tal-kultura ta’ eċċellenza li numru ta’ periti jġibu għall-proġetti tagħhom.
Għal dis-sena żdiedu xi premjijiet, filwaqt li ġew modifikati oħrajn.
Il-periti se jiġu ppremjati skont 9 kategoriji, kif ukoll se jkun hemm premju għall-periti l-ġodda.
Waqt konferenza tal-aħbarijiet fil-binja tal-Awtorità tal-Ippjanar (PA), il-Ministru għall-Infrastruttura, Ian Borg, qal li l-PA stabbilixxiet direzzjonijiet ġodda dwar id-disinn arkitettoniku u l-impenn kollettiv lejn disinn tajjeb fl-ambjent mibni.
Il-ġurija se tkun magħmula mill-Perit Vincent Cassar u professjonisti oħra Maltin u Għawdxin.
L-għotja tal-premjijiet titħabbar fl-aħħar t’Ottubru.