Il-Perit Taljan Renzo Piano jingħata wieħed mill-ogħla unuri ta’ pajjiżu

Fl-Italja, il-Perit Renzo Piano, ingħata wieħed mill l-ogħla unuri ta' pajjiżu, meta kien mogħti t-titlu ta’ senatur għall-ħajja mill-president Taljan.

Il-President Giorgio Napolitano qal li  Renzo Piano li għandu 75 sena kien fost l-erba’ Taljani distinti li għamlu kisbiet fl-oqsma kulturali u xjentifiċi li ppermettulhom li jikkontribwixxu għall-parlament ta’ pajjiżhom f'indipendenza assoluta minn kull kunsiderazzjonijiet politiċi.

Renzo Piano huwa l-perit li ddissinja l-bini tal-Parlament il-ġdid ta’ Malta u d-daħla tal-Belt Valletta. Ix-xogħol tiegħu jinkludi x-Shard ta’ Londra u ċ-Ċentru Pompidou f’Pariġi.

Claudio Abbado, huwa  direttur  li għamel id-debutt tiegħu f’La Scala f'Milan qabel ma sar kap tal-Filarmonika Berlin u l-Orkestra Sinfonija ta' Londra.   Il-oħrajn li ġew nominati  huma Elena Cattaneo ta’ 50 sena u Carlo Rubbia ta’ 79 sena li huma xjentisti. Cattaneo, huwa riċerkatur ewlieni taċ-ċelloli staminali, filwaqt Rubbia huwa fiżiċista u wieħed mir-rebbieħa  tal-premju Nobel għall-fiżika fl-1984.

Kif stipulat taħt il-Kostituzzjoni Taljana, l-erba’ se jkollhom id-drittijiet tal-vot fil-parlament, flimkien ma’ l-eks Prim Ministru Mario Monti u l-eks president Carlo Azeglio Ciampi.