Il-Perit Michael Falzon appuntat bħala osservatur dwar ix-xiri taż-żejt.

L-ex Ministru Nazzjonalista Michael Falzon ġie appuntat bħala osservatur indipendenti fuq il-kumitat dwar ix-xiri taż-żejt. Din l-aħbar dehret fil-ġurnal 'The Sunday Times'.

Michael Falzon huwa arkitett u inġinier u ser ikun qiegħed isegwi l-operat dwar ix-xiri taż-żejt mill-Enemalta, liema operat jaqa’ taħt il-Ministru tal-Enerġija Konrad Mizzi.

Falzon ikkonferma mal-ġurnal 'The Sunday Times' li r-rwol tiegħu huwa li josserva l-proċeduri dwar ix-xiri taż-żejt mill-Enemalta. Huwa kkonferma wkoll li l-offertà għal din il-kariga waslet direttament mill-Ministru Konrad Mizzi u flimkien iddiskutew l-irwol tiegħu fi ħdan il-kumitat. Falzon qal li qabel m’aċċetta din il-kariga, ikkonsulta informalment ma’ uffiċjali fi ħdan il-Partit Nazzjonalista.