“Il-perit irid jimxi id f’id mal-liġi u mal-etika” – Ian Borg

Waqt il-preżentazzjoni tal-warrant lil 16-il perit u perita, il-Ministru għat-Trasport Ian Borg saħaq li l-professjoni ta’ perit timxi id f’id mal-liġi u mal-etika.
Qal li l-ħidma tal-perit għandha tgħin fl-iżvilupp tal-ekonomija l-ħadra.
Appellalhom biex iħarsu l-prinċipji tal-etika fil-qadi tal-professjoni tagħhom. Il-Ministru Borg sostna li l-iżvilupp innifsu mhuwiex xi ħaġa ħażina ladarba jsir b’mod sostenibbli, ġust u legali.
Ritratt: DOI – Kevin Abela