Il-‘periferija eżistenzjali’ l-qofol ta’ live-in tal-Kappillani

Fi tmiem tlett ijiem ta’ live-in fis-Seminarju Tal-Virtù, il-Kappillani ta’ Malta u Għawdex ħarġu dikjarazzjoni li permezz tagħha stqarrew li ħassew il-bżonn li jesploraw aħjar min huma dawk li jinsabu fil-periferija eżistenzjali.
Il-Kappillan speċifikaw li b’dan ifissru mhux biss dawk li ma resqux lejn il-Knisja imma wkoll dawk li jistgħu anke qed jagħtu sehemhom fil-parroċċa imma għadhom ma waslux biex jagħmlu l-għażla konxja tad-dixxipolat.
Saħqu li jridu jkomplu jtejbu dak li diġà qed isir fil-parroċċi waqt li jħarsu lejn metodi u attitudnijiet ġodda.
Il-Kappillani semmew diversi punti ta’ inizjattivi li l-Knisja tifhem li trid tagħmel, maqsuma taħt tlett kategoriji: Knisja li toħroġ, li tilqa’ u li takkumpanja.
Tista’ tara l-punti msemmija fid-dokument fil-link u l-omelija tal-Arċisqof waqt quddiesa tul il-live-in