Filmat: Il-pellegrinaġġ bir-roti tal-Madonna tal-Grazzja

Hekk kif illum qed issir il-festa tal-Madonna tal-Grazzja f'Ħaż-Żabbar, dalgħodu diversi ċiklisti ħallew ir-Rabat bir-rota tagħhom għall-pellegrinaġġ sa Ħaż-Żabbar.

Is-sewwieqa tal-muturi ukoll bdew pellegrinaġġ mill-Mosta sa Ħaż-Żabbar.

Fil-pellegrinaġġ ta' din is-sena ħadu sehem madwar 500 mutur u 'il fuq minn 4000 rota.

Mal-wasla tagħhom f'Ħaż-Żabbar, issir talba u anke jsir it-tberik taċ-ċiklisti u s-sewwieqa tal-muturi lil Madonna tal-Grazzja mill-kappillan Dun Sebestian Caruana.

Ta' min jgħid li l-festa tal-Madonna tal-Grazzja, issir Ħadd fuq il-festa tal-Vitorja, bl-avveniment tal-pellegrinaġġ bir-roti qed ikompli jikber minn sena għall-oħra.

L-aħħar tliet ritratti juru wkoll il-pellegrinaġġ tal-Madonna tal-Grazzja li sar f'Għawdex, liema pellegrinaġġ beda mis-Santwarju f'Ta' Pinu sal-Kunvent tal-Kapuċċini fir-Rabat Għawdex.

Dan il-pellegrinaġġ beda jsir fl-1951, bħal parti miċ-ċelebrazzjonijiet tal-Inkurunazzjoni tal-kwadru titulari tal-Madonna tal-Grazzja f'Ħaż-Żabbar. Dak iż-żmien beda bil-muturi biss iżda wara żdiedu ukoll ir-roti u baqa' jżid fil-popolarita tiegħu

Ritratti: Mary Grace Vella/Carmel Saliba