Il-PE se jibgħat delegazzjoni urġenti f’Malta

Miguela Xuereb

Read in English.

Il-Parlament Ewropew se jkun qed jibgħat delegazzjoni għal missjoni urġenti f’Malta possibilment il-ġimgħa d-dieħla. Dan ħabbru l-Ewroparlamentari Nazzjonalista David Casa wara li kiteb ittra lill-President tal-Kummissjoni Ewropea.

Huma se jkunu qed jitkellmu dwar is-sitwazzjoni kurrenti f’Malta. Hu qal li din it-talba għandha l-appoġġ tas-Soċjalisti nnifishom, li huwa l-partit politiku Ewropew li l-Prim Ministru Joseph Muscat jagħmel parti minnu.

L-Ewroparlamentari Nazzjonalista Roberta Metsola qalet permezz ta’ Tweet li hi se tkun qed tifforma parti mid-delegazzjoni li se tiġi Malta l-ġimgħa d-dieħla.

Aktar kmieni Casa sostna li Gvern li joqtol liċ-ċittadini tiegħu mhux postu fl-Unjoni Ewropea. Fi stqarrija, Casa qal li hu talab lill-Kummissjoni Ewropea sabiex tieħu azzjoni fid-dawl tal-mod mgħaġġel li bih qed timxi l-investigazzjoni fl-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.

F’ittra, Casa insista li l-fatt li l-Prim Ministru Joseph Muscat għadu jokkupa l-irwol tiegħu qed jippreġudika l-investigazzjoni fl-eks Chief of Staff tiegħu Keith Schembri u dawk li kellhom x’jaqsmu miegħu.

F’reazzjoni għal din l-aħbar, wieħed mill-kritiċi kbar tal-Prim Ministru Joseph Muscat, l-MEP tal-ħodor Sven Giegold qal li din id-deċiżjoni hija rebħa kbir. Sostna li hemm bżonn tiġi assigurata l-ġustizzja għal Caruana Galizia.