Il-PE lest jikkontribwixxi fil-bidla demokratika tal-Libja – Tajani

Il-President tal-Parlament Ewropew, Antonio Tajani, qal li l-PE lest li jikkontribwixxi fil-bidla demokratika tal-Libja. Filwaqt li ddiskuta x’rwol jista’ jkollu l-PE fil-proċess ta’ stabilità tal-pajjiż.

Tajani żar Tripli fejn iltaqa’ mal-Prim Ministru Libjan Fayez al-Sarraj u l-President tal-Ogħla Kunsill tal-Istat, Khaled al-Mishri kif ukoll mal-Kap tal-Kummissjoni Għolja tal-Elezzjonijiet Nazzjonali Emad al-Sayeh.

Huwa saħaq li l-Unjoni Ewropea trid titkellem b’vuċi waħda u kif ukoll dwar l-importanza li jsir sforz biex il-Libja terġa tinbena mill-ġdid. Tajani sostna li l-PE qed juri l-appoġġ tiegħu man-nies tal-Libja li ħaqqhom paċi, stabbilità u d-demokrazija.