Il-PE japprova l-liġi dwar il-migrazzjoni li mexxiet Miriam Dalli

Għaddiet il-liġi li ġiet innegozjata mill-MEP Laburista Miriam Dalli li permezz tagħha aktar minn €500 miljun se jintużaw fil-qasam tal-migrazzjoni fis-sentejn li ġejjin.

Dan wara li  l-Parlament Ewropew ivvota favur din il-liġi biex ikun hemm solidarjetà fi tqassim tar-responsabiltà u biex il-piż ma jaqax kollu fuq pajjiżi bħal Malta. Dan il-vot għadda b’maġġoranza ta’ aktar minn żewġ terzi tal-Kamra.

Miriam Dalli sostniet li parti minn dawn il-fondi għandhom ikunu garantiti għal miżuri ta’ rilokazzjoni u risistemazzjoni li jgħinu l-aspett tas-solidarjetà bejn il-pajjiżi tal-UE, l-aktar għal pajjjiżi bħal Malta.