Il-PE japprova 4 mill-5 nomini għall-Qorti Ewropea tal-Awdituri

Il-Parlament Ewropew approva erba’ mill-ħames nomini li kellu quddiemu għar-rappreżentanti tal-pajjiżi membri fil-Qorti Ewropea tal-Awdituri.
In-nomina Maltija ta’ Toni Abela kienet l-uniku waħda li ġiet irtirata wara l-grilling f’Marzu waqt li l-Parlament Ewropew m’approvax dik tal-Polonja (358 vot kontra, 288 vot favur u 48 astensjoni) li flimkien man-nomina Maltija u dik Slovakka kienet rifjutata fl-istadju ta’ grilling.
In-nomina Slovakka kienet fost l-erba’ li ġew approvati mill-Parlament Ewropew, flimkien ma’ dawk tas-Slovenja, tal-Latvja u tar-Repubblika Ċeka.