Il-PE jaċċetta t-talba ta’ Roberta Metsola dwar is-sitwazzjoni fil-Libja

Is-sitwazzjoni fil-Libja ġiet miżjuda fuq l-aġenda tal-Parlament Ewropew ta’ din il-ġimgħa fl-aħħar minuta. 
Dan seħħ wara li t-talba tal-Ewroparlamentari Roberta Metsola, ġiet aċċettata mill-maġġoranza tal-MEPs wara li ntervjeniet u għamlet sejħa għal dibattitu.
Dr Metsola sostniet li ċ-ċittadini Ewropej hemm bżonn li jkunu jafu x’inhi l-istrateġija tal-Unjoni Ewropea dear il-Libja.
Għamlet referenza wkoll għan-nuqqas ta’ sigurtà li għad hemm fil-Libja minħabba n-nuqqas ta’ qbil fuq Gvern wieħed u li dan jista’ jwassal għal tkabbir fil-gruppi terroristiċi.
Apparti minn hekk, Dr Metsola qalet ukoll li jkun żball kbir jekk inħarsu lejn il-ġlieda kontra l-ISIS bħala battalja bejn ir-reliġjonijiet.
Saħqet li l-ISIS ma tirrapreżentax l-Iżlam u li l-ġlieda għandha tkun kontra l-estremisti li jabbużaw mir-reliġjon.