Il-PD trid spjegazzjoni għall-massakru li qed isir fuq is-siġar

Il-Partit Demokratiku qed jitlob spjegazzjoni mingħand Transport Malta l-għaliex art pubblika qed tingħata biex takkomoda l-interessi tal-privat.

Il-PD qal li qed tinstab kull skuża biex jitqaċċtu s-siġar qabel ma tiġi stabbilita l-Awtorità tal-Ambjent. Qalu wkoll li huma favur is-sigurtà fit-toroq u t-tisbieħ tat-toroq, iżda t-tneħħija tas-siġar mit-toroq mhux bilfors qed jgħinu f’dan.

Bl-aħħar vittma tkun is-siġra tal-Pietà, li skont il-PD tneħħiet bi skuża li kienet f’periklu li taqa’ mentri s-siġra kienet imxeqilba fuq naħa waħda minħabba kanna tal-ilma li xi żmien ilu għaddewha minn bejn l-għeruq.