Il-PD jitlob lill-PM jittratta l-poplu Malti b’iktar rispett

Il-Partit Demokratiku qed jitlob lill-Prim Ministru biex jittratta lill-elettorat Malti b’iktar rispett fuq materji ta’ importanza nazzjonali.
B’referenza partikolari għall-ambjent u l-immaniġjar tal-iskart, il-PD qal li ż-żewġ partiti politiċi ewlenin qatt ma kienu konsistenti fil-politika rispettiva tagħhom dwar l-ambjent. 
Ikkritika lill-Gvern u b’mod partikolari d-deċiżjoni tiegħu li jagħmel inċineratur għat-trattament tal-iskart fil-Magħtab, u qal li din turi nuqqas totali ta’ viżjoni fl-immaniġjar tal-iskart. 
Il-PD sostna li fil-qasam tal-ambjent, il-Gvern qed jagħżel l-aktar triq faċli, li qed titlob investiment finanzjarju u ambjentali qawwi.