Il-PD jistaqsi jekk Owen Bonnici ggwidax ħażin lill-Parlament

owen bonnici

Il-Partit Demokratiku staqsa jekk il-Ministru Owen Bonnici iggwidax ħażin lill-Kamra tad-Deputati.
Dan meta skont il-PD, fil-Parlament il-Ministru Bonnici ta l-impressjoni li erba’ membri tal-ġudikatura kienu taw opinjoni favur li tinħareġ warrant għal żewġ gradwati fil-liġi li kellhom kondotta kriminali.
Il-PD sostna li l-Ministru Bonnici ta l-impressjoni li kien qed jaġixxi fuq il-parir tal-membri tal-ġudikatura, iżda stqarrija tal-Assoċjazzjoni tal-Imħallfin u Maġistrati ċaħdet li tat ir-rakkomandazzjoni tagħha favur li tinħareġ il-warrant.
Il-PD ikkwota l-Kodiċi ta’ Organiżżazzjoni u Proċedura Ċivili li jgħid li “l-ebda persuna m’hi intitolata li tingħata warrant biex tipprattika l-liġi sakemm ma jkollhiex kondotta tajba u morali tajbin”.