Il-PD jisħaq kontra kliem ta’ mibgħeda

SAJV CSAJ on Flickr Creative Commons License, Attribution 2.0
Il-Partit Demokratiku (PD) saħaq kontra l-kliem aħrax li jingħad onlajn dwar dawk li jitkellmu kontra t-tmexxija. Hu saħaq li ż-żewġ partiti l-kbar għandhom irażżnu dan il-kliem.
Fi stqarrija, hu qal kif din l-attitudni ta’ “agħlaq ħalqek, inkella…” trid tispiċċa. Il-bullying li jsir onlajn, billi jitfgħu informazzjoni personali t’ attivisti, u jiktbu kummenti u ritratti li jinċitaw il-vjolenza, ibaxxu l-istandards tal-ħajja pubblika u d-demokrazija f’Malta, qal il-PD.
Il-partit kompla jgħid li l-partiti għandhom jirregolaw lilhom infushom billi jsusu wara dawk li jgħidu li jirrappreżentawhom waqt li jiktbu kliem ta’ mibgħeda u jgħawġu aħbarijiet u fatti, Sostna li qed jerġa’ jsejjaħ biex minnufih jinħatar Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika.