​Il-PD jappella lill-Gvern jirtira għal kollox il-proposta dwar Wied iż-Żrinġ

Il-Partit Demokratiku qal li l-proposta għaż-żona ta’ Wied iż-Żrinġ li fuqha kellha ssir estensjoni tal-proġett industrijali ta’ Bulebel, ma ġietx irtirata għal kollox mill-Gvern.
Il-PD irrefera għal tweġiba parlamentari li ta d-deputat Laburista Chris Cardona li fiha qal li f’din iż-żona jista’ jsir park naturali.
Il-PD sostna li dan jista’ jħarbat l-art agrikola tal-inħawi u fakkar kif din l-art għandha valur kbir storiku u kulturali.