Il-PD isaħħaħ ir-relazzjoni mal-liberali u d-demokratiċi fl-Ewropa

Il-Partit Demokratiku ltaqa’ mal-Alleanza tal-Liberali u d-Demokratiċi tal-Ewropea (ALDE), u mistenni jissiġilla s-sħubija tiegħu f’Diċembru li ġej.
Il-PD qal fi stqarrija li lbieraħ iltaqa’ mal-ALDE waqt laqgħa fil-Parlament Malti, bid-delegazzjoni tal-partit titmexxa mill-Mexxej il-ġdid, Anthony Buttigieg, fil-preżenza tal-eksmexxej Marlene Farrugia, u l-Membru Parlemantari tal-PD, Godfrey Farrugia.
Mill-ALDE kien hemm il-Viċi-President, Timothy Dooley, u Andrew Burgess.
Filwaqt li l-Partit Laburista huwa msieħeb mal-grupp tas-Soċjalisti u d-Demokratiċi fil-Parlament Ewropew, il-Partit Nazzjonalista hu affiljat mal-Partit Popolari Ewropew.
L-Alternattiva Demokratika hi msieħba mal-Ħodor, u issa l-Partit Demokratiku ngħaqad mal-ALDE, l-akbar grupp fil-parlament.