Il-PD irid tibdil fis-sistema elettorali

Il-Partit Demokratiku qal li hemm bżonn tibdil fis-sistema elettorali favur il-partiti ż-żgħar.
Fi stqarrija, il-PD qal li f’elezzjoni ġenerali jkun hemm proċess ta’ aġġustament biex il-partit li jkun kiseb il-maġġoranza tal-voti fl-ewwel għadd jingħata l-maġġoranza tas-siġġijiet fil-Parlament. Skont il-PD, jekk partit iġib biżżejjed voti fl-ewwel għadd biex ikollu siġġu fil-Parlament imma jkun ġab dawn il-voti minn aktar minn distrett wieħed, dawn il-voti ma jibqgħux jgħoddu minħabba l-proċess ta’ aġġustament.
Skont il-PD, dan ifisser li l-mod kif jiġi ffurmat il-Parlament ma jkunx rappreżentattiv tar-rieda tal-elettorat.
Il-PD ikkritika wkoll il-fatt li l-koalizzjonijiet mhumiex rappreżentati ffuq il-karta tal-vot.