Il-PD imħasseb bil-liġi tal-copyright

Read in English.

Il-Partit Demokratiku hu tal-fehma li l-liġi tal-copyright se tinkiser ladarba n-nies ma jitħallewx  jehmżu artikli mal-kummenti tagħhom fuq l-Internet mingħajr ma jħallsu.

Dan x’aktarx isir fi ftit jiem meta l-Parlament Ewropew jivvota dwar liġi fuq Artiklu 11, id-Direttiva tal-Copyright u Artiklu 13 li joħloq filtru tal-copyright.

Jidher illi m’hemmx qbil fuq din id-direttiva, b’kumpaniji bħal Wikipedia jistqarru li huma kontriha. Min-naħa l-oħra, dawk favur din il-proposta jsostnu li jeħtieġ li ċerti ġganti tat-teknoloġija bħalma huma Facebook u Google, jitrażżnu. Kritiċi tad-direttiva jgħidu li intrapriżi żgħar mhux se jifilħu jħallsu l-miżata biex iżommu mad-direttiva.

Il-Partit Demokratiku jemmen li Artiklu 13 tad-Direttiva ma jonorax il-kriterji legali ta’ ċertezza, ħsieb dwar kif tista’ tiġi interpretata l-liġi fil-quddiem, u probabbiltà, li jfisser li t-termini legali użati mhux ċari biżżejjed u jħallu wisq ftuħ għall-esplojtazzjoni.

Għaldaqstant, il-PD ħeġġeġ lill-MEPs Maltin biex jopponu din il-liġi fil-Parlament Ewropew, tal-anqas sakemm din il-liġi ma tiġix emendata.