Il-PD b’miżuri kontra l-ħasil tal-flus

Anti-money laundering

Read in English.

Il-Partit Demokratiku ppreżenta miżuri li sejjaħ bħala konkreti, kontra l-ħasil tal-flus fid-dawl taż-żjara tal-Kummissarju Ewropew Vera Jourova u l-kummenti tal-Viċi-President tal-Kummissjoni Ewropea Frans Timmermans.

Il-PD innota b’mod pożittiv it-twaqqif tal-Anti-Money Laundering u l-Combating of Financing of Terrorism (AML/CFT) u l-ħatra ta’ Dr Helga Buttigieg Debono bħala l-kap tagħha.

Iżda skont il-PD huwa importanti li titneħħa b’mod immedjat kull restrizzjoni għal informazzjoni dwar l-iskema tal-bejgħ tal-passaporti, li jkun hemm azzjoni mill-pulizija dwar ir-rapporti tal-Aġenzija ta’ Kontra l-Ħasil tal-Flus (FIAU), u li Jonathan Ferris, l-eks-impjegat tal-FIAU jingħata whistleblower status minnufih.

Il-PD spjega wkoll li huma importanti l-qari u l-implimentazzjoni tal-Private Member’s Bill li ppreżentaw iż-żewġ Membri Parlamentari tal-PD, Godfrey Farrugia u Marlene Farrugia dwar it-twaqqif ta’ Kummissjoni Parlamentari Permanenti biex isir immonitorjar tal-istituzzjonijiet fis-settur finanzjarju u tal-gaming.