Il-PBS jikkanċella ‘TVHEMM’

Il-PBS iddeċieda li jikkanċella l-programm TVHEMM preżentat minn Norman Vella.

Vella qal li d-deċiżjoni tħabbret kwarta qabel il-bidu tal-programm, mingħajr ma ngħatat ebda raġuni.

Il-Kap Eżekuttiv tal-PBS Anton Attard, sostna li din kienet deċiżjoni amministrattiva mingħajr indħil politiku. Dan kien konfermat minn kelliem għall-Ministru Manuel Mallia, li għandu r-responsabiltà tal-PBS.

Għadu mhux magħruf jekk din id-deċiżjoni kienetx tapplika għall-edizzjoni tal-Ħamis filgħaxija biss jew għall-kumplament tal-iskeda.