Il-PBS imwiddeb talli ta bonus lil żewġ ħaddiema qabel l-elezzjoni

It-Tribunal industrijali widdeb lill-Public Broadcasting Services talli fis-7 ta’ Marzu 2008, ftit jiem qabel l-elezzjoni ġenerali, iddeċieda li jagħti bonus ta’ €1200 kull wieħed lil żewġ impjegati klerika: is-segretarja tal-Kap Eżekuttiv u s-segretarja taċ-Chairman.

Il-General Workers Union qalet li dan il-każ mhux biss kiser il-ftehim kollettiv imma ħoloq wkoll diskrepanzi bejn il-gradi klerikali fil-PBS.

Il-GWU kienet talbet ukoll bħala rimedju illi l-istess ħlas ta’ bonus jingħata lil kull impjegat.

Fid-deċizjoni tiegħu, it-Tribunal Industrijali ċċensura lill-Bord tal-PBS ta’ dak iż-żmien u widdeb biex inċidenti bħal dan ma jsirux.