Il-pazjenti tal-kliewi għandhom bżonn id-demm tiegħek

Hekk kif nhar il-Ħamis li ġej se jiġi mfakkar il-Jum Dinji tal-Kliewi, is-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm qed ifakkar lill-pubbliku li għadd sostanzjali ta' pazjenti li huma morda bil-kliewi jiġu bżonn trasfużjonijiet tad-demm b'mod regolari.
Isostni li l-kwalità tal-ħajja ta' dawn il-pazjenti tiddependi wkoll fuq il-bżonn li jirċievu d-demm mingħajr stennija, iżda jekk ir-riżerva tkun baxxa jista' jagħti l-każ li jkollhom jistennew xi jiem.Appella biex min jista' jagħti d-demm sabiex tiġi evitata din l-eventwalità.
Iċ-Ċentru ta' Gwardamangia jkun miftuħ kuljum bejn it-8am u s-6pm.
Nhar il-Ħadd li ġej wieħed jista' jagħti d-demm fil-Berġa tal-Gvern fiċ-Ċentru Ċiviku fil-Pjazza ta' San Nikola s-Siġġiewi bejn it-8.30 am u s-1pm. 
Sadanittant nhar it-Tlieta li ġej, id-Dipartiment tal-Outpatients fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex se jkun disponibbli għad-donaturi tad-demm bejn is-1pm u l-5pm.