Filmat: Il-patri li jieħu ħsieb ir-ruħ u l-ġisem

Fr Joe Borg jintervista lill-Kapuċċin Paul Bugeja.

Read in English.

S’issa ħareġ ħames kotba b’riċetti tal-ikel. Ikkontribwixxa fi ktieb ieħor. Qed jaħdem fuq ktieb ta’ ikel veġitarjan. Fil-kunvent jieħdu ħsieb aktar minn 20 qattus u allura fil-ktieb li se joħroġ hemm ukoll riċetti ta’ ikel li tista’ tagħti lill-qattus u lill-kelb tiegħek. Anke riċetta ta’ birthday cake għall-klieb hemm!

Jitkellem dwar qagħqa tal-inbid, brodu tal-fenek, biskuttella, riċetti marbuta mal-qaddisin, oħrajn minn monasteri madwar l-Ewropa.

Daħal patri mal-Kapuċċini minkejja li missieru kien kok mal-Karmelitani. Bil-kotba tiegħu għen lill-missjoni fil-Kenja, lil dawk bla dar f’Malta, lil abitanti ta’ slum fil-Filippini, fost l-oħrajn.

Il-Ġimgħa fil-5pm fuq Newsbook.com.mt waqt il-programm Newsbook Q&A Fr Joe Borg jintervista lill-Kapuċċin Paul Bugeja.