Il-passiġġieri li waslu fl-Ewropa żdiedu b’5.5%

Bejn Jannar u Ġunju, il-passiġġieri li għaddew mill-ajruporti Ewropej żdiedu b’5.5% meta mqabbel mal-istess xhur tas-sena li għaddiet.
Dan jirriżulta mir-rapport tal-ACI Europe, li jikkonferma li kienu aktar minn 25 miljun il-passiġġieri li waslu fl-Ewropa.
Fl-ajruport Ewropej li mhux fl-Unjoni Ewropea, il-moviment tal-passiġġieri żdied bi 8.7%.
Żdiedu wkoll it-titjiriet lejn l-ajruporti Ewropej bi 2.9%.
Għalkemm ġew irreġistrati dawn il-figuri, ir-rapport tal-ACI Europe isostni li hawn inċertezza għat-tieni sitt xhur tas-sena minħabba l-kunflitti fil-lvant tal-Ewropa.