Il-passiġġieri kollha jitniżżlu minn ajruplan minħabba passaport falz

Passaport falz tal-Pakistan wassal biex dawk kollha li kienu abbord ajruplan tal-Easyjet, li kien lest biex iħalli l-ajruport ta’ Fiumicino f’Ruma lejn Londra, tniżżlu kollha l-art fi ftit minuti lbieraħ waranofsinhar.
Ir-raġel ġie arrestat fuq suspett ta’ terroriżmu waqt li l-Pulizija fetħu mill-ewwel investigazzjoni sħiħa biex jaraw jekk iltaqax ma’ xi ħadd l-Italja.