“Il-pass li jmiss hi l-liġi tad-dekriminilizazzjoni tad-droga” – PM

Il-Prim Ministru qal li “l-pass li jmiss hija l-liġi dwar id-dekriminilizazzjoni tad-droga għax hemm min ibati minn sistema vendikattiva għal għomru għax jinqabad b’sempliċiment joint.”
Dr Joseph Muscat qal dan waqt il-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-Forum Żgħażagħ Laburisti.
Il-Prim Minsitru tkellem ukoll dwar il-bidliet fid-drittijiet ċivili li saru fl-aħħar sena u nofs, fosthom il-Liġi dwar l-Identità tal-Ġeneru, li fi kliem Muscat, se tpoġġi lil Malta fost l-iktar pajjiżi progressivi.
Dwar l-Oppożizzjoni, il-Mexxej Laburista qal li din qed tipprova tikkopja lil Partit Laburista fit-tibdil fl-istrutturi iżda biex tikseb suċċess qal li “trid tħoss l-affarijiet, li tħoss dak li qed iħoss il-poplu”.