Id-dilettanti tal-futbol issa se jkunu jistgħu jgawdu wkoll minn bosta kampjonati li se jkompli jintlagħbu fil-ġranet li ġejjien. B’mod partikolari matul din il-ġimgħa se jkun hemm żewġ partiti mill-Coppa Italia li se jkunu qed jixxandru b’mod dirett fuq it-televiżjoni.
Il-partiti s’issa qed jissemmew li se jintlagħbu minn 8.45pm ‘il quddiem, bl-istazzjon Rai Uno jibda l-kollegament fit-8.30pm.
Il-partiti li se jkunu dawn:
Il-Ġimgħa 12 ta’ Ġunju – Semifinali Juventus – Milan
(Mill-istadium Allianz Stadium ta’ Torino)
Is-Sibt 13 ta’ Ġunju – Napoli – Inter
(Mill-istadium San Paolo ta’ Napli)
L-Erbgħa 17 ta’ Ġunju
Il-finali tal-Coppa Italia 2020
(Mill-istadium Olimpico ta’ Ruma)