Il-partiti politiċi mhux se jiddominaw ir-riforma kostituzzjonali – il-President lir-Repubblika

Luke Zerafa

Read in English.

Il-President ta’ Malta Dr George Vella waqt laqgħa ta’ kortesija mad-delegazzjoni tal-għaqda non-governattiva Repubblika assigurahom li r-riforma fil-kostituzzjoni ta’ Malta se tkun waħda trasparenti, inklussiva u se jkun qed jingħata l-ħin kollu sabiex ikun hemm proċess wiesgħa. Huwa assigurahom li mhux se jħalli l-partiti politiċi jiddominaw dan il-proċess.

Għal din il-laqgħa kien hemm preżenti s-segretarju ġenerali ta’ Repubblika Dr Robert Aquilina, il-Professur Vicky Ann Cremona, Emanuel Delia u Isabel Vella.

Din il-laqgħa seħħet wara li ftit tal-ġranet ilu l-għaqda qalet li ma kinitx inkluża f’din ir-riforma.

Ara: “Is-soċjetà ċivili għadha mhix inkluża fir-riforma kostituzzjonali” – Repubblika

Min-naħa tiegħu l-President qal li waħda mill-ittri ta’ Repubblika ma waslitx għandu wara li l-għaqda kienet akkużat lill-President li baqa’ ma weġibhiex dwar ir-riforma fil-kostituzzjoni kemm ilu li laħaq President.

Ara: Aġġornata: Il-President jgħid li waħda mill-ittri ta’ Repubblika ma waslitx għandu