
Il-partiti fl-Oppożizzjoni fir-Renju Unit qablu bejniethom li jiċħdu talba tal-Prim Ministru Boris Johnson biex tissejjaħ elezzjoni bikrija qabel is-summit tal-Unjoni Ewropea f’ Ottubru li ġej.
Il-Partit Labursita, id-Demokratiċi Liberali, il-Partit Nazzjonali tal-Iskozja (SNP) u l-Partit ta’ Wales (Cymru) kollha qablu li jivvutaw kontra jew jastendju fuq vot li ntalab minn Johnson stess nhar it-Tnejn li ġejjin għall-elezzjoni bikrija.
Il-kap tal-Oppożizzjoni Jeremy Corbyn laqqa’ lill-partiti kollha fl-oppożizzjoni f’Londra l-ġimgħa filgħodu.
Meta ħarġet din l-aħbar, Johnson qal li l-partiti qed jagħmlu żball politiku kbir.