Partitarji ta’ Donald Trump daħlu fil-bini tal-Capitol wara rewwixti mal-Pulizija.
L-Uffiċjali tal-binja kellhom imorru jissakkru filwaqt li l-leġislaturi ssakkru fl-uffiċini tagħhom minħabba l-partitarji ta’ Trump dehru fil-bini jxejru l-bnadar Donald Trump.
Iktar kmieni l-viċi president tal-Istati Uniti, Mike Pence qal li mhux se jkun qiegħed jintervjeni biex iwaqqaf il-verifiki neċessarji dwar ir-rebħa elettorali tal-Kungress tad-Demokratiċi Joe Biden.
Smoke pouring out of area by House chamber pic.twitter.com/zOwf5UZ0KY
— John Bresnahan (@bresreports) January 6, 2021
Pence fi stqarrija qal li l-Kostituzzjoni tillimitah milli jitlob lill-awtorità unilaterali biex tiddetermina liema voti għandhom jingħaddu u liema le.
Illum il-Kungress beda jiċċertifika l-voti tal-Kulleġġ Elettorali mill-elezzjoni presidenzjali tat-3 ta’ Novembru.
Pence qal, “erba’ snin ilu, imdawwar mill-familja tiegħi, ħadt ġurament biex nappoġġja u niddefendi l-Kostituzzjoni, u dak il-ġurament intemm bil-kliem’ Jekk Għinni Alla.” Kompla li llum irid jassigura lill-Amerikani li jżomm ma dak il-ġurament.